"B’impenn
u viżjoni
għal Malta
aħjar mil-lum"

Dwari

Ray Abela, magħruf l-aktar bħala personalità televiżiva, espert u edukatur fil-qasam tat-teknoloġija diġitali.
Twieled ġewwa ż-Żejtun – għex u trabba ż-Żejtun, fin-naħa ta’ fuq mal-periferija hekk imsejħa ta’ Bir id-Deheb. Ommu Ċettina, missieru Joe Abela, ex ħaddiem tat-Tarzna llum mejjet.

Minn età żgħira kelli t-twemmin soċjalista mnebbaħ miz-ziju tiegħi Wistin Abela, Deputat Prim Ministru u Ministru illi fis-sebgħinijiet u tmeninijiet ħoloq l-impjiegi speċjalment għall-familji ġewwa ż-Żejtun u l-madwar. Inħoss li jien mxejt fuq il-passi tiegħu, għall-fatt illi bdejt nagħti l-privat tal-kompjuter minn ġewwa ż-Żejtun u mid-dar ta’ ommi lejn il-bidu tas-snin tmeninijiet, fejn minn hemmhekk nibtet il-kumpanija li llum kulħadd jaf dwarha li hija t-TCTC.

Ħdimt bla heda biex nilħaq il-ħolma u l-viżjoni tiegħi, waqt li nibqa’ saqajja mal-art u dejjem qrib in-nies. Hekk għallmuni l-familja tiegħi – waqt li dejjem bqajt inżomm il-pariri siewja ta’ missieri li ħallieni meta kont ta’ età li tant u tant kelli bżonnu. Valuri li kebbsu fija u li ma ninsa qatt.
Il-valuri li dejjem urejt rispett lejn kulħadd u li għint fejn stajt lil kull familja, lil kull ċittadin u wisq aktar lit-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.

Illum inħossni sodisfatt ngħid li għallimt eluf ta’ Maltin u Għawdxin mid-diversi ċentri fil-Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex. Din hija l-filosofija li dejjem ħaddant – tagħlim għal kulħadd u qrib kulħadd.
L-idea li permezz ta’ dan iċ-ċentru f’kull raħal u belt, u l-programmi televiżivi wassalt il-messaġġ billi ġejt għandkom u mhux intom ġejtu għandi.

Illum ninsab quddiemkom biex inrodd il-fiduċja biex nirrapreżentakom fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna. Ninsab ċert li dieħel għal din l-isfida biex nagħti aktar milli tajt lis-soċjetà f’dawn l-aħħar 35 sena ta’ karriera.
Irrid illi flimkien magħkom ikollna suċċess għal din Malta tagħna.
Illum għandi 53 sena, missier ta’ Kylie Marie, Shannon Jo u ċ-ċkejkna Kate. Illum ngħix ma’ Celaine Attard u mat-tifla tagħna Kate, u kif ukoll mal-kelba tagħna Apple li hija parti integrali tal-familja tagħna.

L-akbar passatempi huma t-tpinġija u t-trobbija tal-ħut tropikali fost l-oħrajn. Fis-sajf ma tonqosx xi għawma tajba kuljum. Dawn jagħtuni bilanċ fil-ħajja li ngħixu fiha.

Tim favorit: Juventus
Mużika favorita: Lounge, 80’s u Rock Klassiku
Programm: Dokumentarji speċjalment fuq in-Natura

Nemmen li bħala politiku rrid inkun qrib tan-nies, biex hekk inkun nista’ nisma’ l-karba taċ-ċittadin u nħoss il-polz tagħhom.

“Lill-poplu rridu nagħtuh l-għodod biex jgħinna mmexxu lill-pajjiż ’il quddiem”

Il-proġett tal-eME

e-ME huwa tagħlim B'XEJN għal kulħadd mhux biss għal-adulti u l-anzjani iżda kollezzjoni ta' taħriġ b'xejn għaż-żgħażagħ u tfal ta' kull eta'. Noffru lezzjonijiet ta' 3 sigħat ġewwa ċentru ta' Żejtun b'xejn għalik. Ibbukkja minn hawn taħt.

Għal aktar filmati segwi fuq Youtube billi tagħfas subscribe

Nitgħallmu ma' Ray Abela

Għażiż ħabib/a,

Merħba.

Minn hawn ser tkun qiegħed tirreġistra għal dan il-kors b'xejn li ser ikun qiegħed jixxandar fuq il-mezzi tax-xandir kif ukoll fuq YOUTUBE.

Għalhekk inti ser tkun qed tintalab informazzjoni biex tirreġistra għall-ewwel darba u wara ser tkun qed tirċievi in-noti u l-link għal YOUTUBE biex issegwi.

Tislijiet dejjem u nawguralkom.

i-Ċittadin

L-iskop ta ’din il-pjattaforma elettronika huwa ddisinjat biex jagħti liċ-ċittadini l-abbiltà li jirreġistraw każ direttament ma’ Ray Abela; billi ssegwi lista ta' għażliet li jeħtieġ li jimtlew u li tiddeskrivi l-każ li ċ-ċittadin jixtieq iwassal.

Din il-formola tipprovdi l-għażla liċ-ċittadini biex itellgħu ritratti, pdf u fajls tad-dokumenti biex isostnu l-każ tagħhom. Hekk kif titlesta, tkun qed tirċievi rikonoxximent u telefonata ta 'segwitu mit-tim tagħna.

L-ipproċessar u l-ħażna kollha ta 'din id-dejta se jinżammu f'kunfidenza stretta u konformi mal-GDPR, kif indikat fl-aħħar tal-formola elettronika.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċċju ta' Ray Abela fuq 27333408.

ikklikkja hawn

Coffee Morning

Valentine Hall - ĦAMRUN

L-Erbgħa 10 ta ’Novembru